ndsf-placeholder

News Release 2/2019 - 20 May 2019

Il-Prim Ministru Joseph Muscat akkumpanjat mid-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, ippresieda fuq l-iffirmar ta’ Memorandum of Agreement bejn il-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali (l-NDSF) u d-Dipartiment tal-Kura Primarja (PHC) fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa li permezz tiegħu l-NDSF se jgħaddi €10 miljun lill-PHC biex jintużaw fuq tmien ċentri tas-saħħa u 54 berġa.

ndsf-placeholder

News Release 2/2019

Fost iċ-ċentri tas-saħħa li se jibbenefikaw minn din l-għotja hemm dak tal-Gżira li fuqu se jintefqu madwar €1.5 miljun f’xogħlijiet ta’ rinovazzjoni, liema xogħol mistenni jieħu madwar disa’ xhur minn meta jkun iffirmat il-kuntratt. Dan iċ-ċentru jkopri servizzi mediċi għal għaxar lokalitajiet tal-madwar b’populazzjoni ta’ madwar 72,000. Il-lokalitajiet huma l-Gżira, l-Imsida, Pembroke, San Ġwann, il-Kappara, Tas-Sliema, San Ġiljan, is-Swieqi, Tal-Ibraġġ u Ta’ Xbiex. Minnu jingħataw 26 servizz mediku multidixxiplinarju u hu kkalkulat li kull sena jsiru 125,000 żjara minn ċittadini ta’ dawn il-lokalitajiet.

Prime Minister Joseph Muscat presides over a ten million Euro grant to upgrade health centres by the National Development and Social Fund

Il-Prim Ministru qal li l-qasam tas-saħħa jorbot mat-tema ċentrali ta-kwalità tal-ħajja tal-poplu, qasam li fih sar progress kbir kif rifless fil-fatt li llum il-listi ta’ stennija għall-operazzjonijiet qsaru mhux ftit filwaqt li spiċċa ż-żmien ta’ mediċini out of stock u bl-użu tal-kurituri fl-Isptar Mater Dei issir l-eċċezzjoni u mhux ir-regola.

“Ma jfissirx li m’hemmx sfidi oħrajn x’negħlbu. U huwa għalhekk li ta’ kull sena qegħdin inżidu l-baġit għall-qasam tas-saħħa. Nistgħu nkomplu ninvestu għax pajjiżna llum jiflaħ finanzjarjament b’riżultat ta’ deċiżjonijiet sodi li ħadna, fosthom il-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment li qed jirrendi fondi li nistgħu nużawhom għal proġetti speċifiċi bħal dan tal-lum u li jkopri tmien ċentri tas-saħħa u 54 berġa. Għażilna li nniedu dan il-proġett mhux minn xi vetrina imma minn quddiem l-aktar post li fih hemm bżonn. Huma sfidi li konvint li taħt it-tmexxija tad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne se nkunu qed negħlbuhom,” qal il-Prim Ministru filwaqt li rrefera għal rapport tal-Awditur Ġenerali li fih kien ingħad li bejn 20 u 50 fil-mija tal-każi li jispiċċaw fit-Taqsima tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei setgħu jkunu trattati fiċ-ċentri tas-saħħa. “Qed ninvestu b’mod strateġiku fuq l-istess rapport u huwa għalhekk li ppjanajna investiment ta’ €75 miljun fuq żewġ hubs, dak ta’ Raħal Ġdid u ieħor fit-Tramuntana tal-pajjiż,” qal il-Prim Ministru.

Min-naħa tiegħu d-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li llum il-qasam tas-saħħa f’pajjiżna jikkwalifika fost l-aqwa għaxra fid-dinja; bit-tfal tagħna l-aktar b’saħħithom minn fost il-pajjiżi Ewropej kollha u bil-populazzjoni fost l-aktar li tgħix fit-tul u b’saħħitha minn fost il-popli Ewropej u “aħna l-inqas pajjiż fl-Ewropa fejn huma reġistrati każi ta’ fejn iċ-ċittadin ma jkunx inqeda f’każijiet ta’ saħħa.”

Id-Deputat Prim Ministru qal li l-gvern jemmen bis-sħiħ fl-importanza tal-kura primarja fil-komunità u jħoss li kienet deċiżjoni żbaljata min-naħa ta’ amministrazzjoni differenti li filwaqt li kkonċentrat fuq l-Isptar Mater Dei ħalliet fil-ġenb il-qasam tal-kura primarja fil-komunità.

“Kien għalhekk li tajna spinta qawwija lil dan il-qasam. Għaddejjin bi programm estensiv ta’ ħidma fuq tmien ċentri tas-saħħa u fuq il-bereġ tas-saħħa filwaqt li imbarkajna fuq proġett flimkien mat-tobba tal-familja li permezz tiegħu jkun hemm aċċess għall-istess tobba li jiggarantixxi kontinwità fil-proċess tal-kura tal-pazjent,” qal id-Deputat Prim Ministru.

Il-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali huwa aġenzija tal-gvern stabbilit għall-iskop li jamministra sebgħin fil-mija tal-kontribuzzjonijiet riċevuti mill-Programm tal-Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta mniedi permezz tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija, Kap. 188.